Hamrun S. ….. 4
Naxxar L. …….1
Hamrun Spartans reġgħu ħadu l-kmand tal-klassifika tal-BOV Kampjonat Premier meta għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta’ 4-1.
Hamrun għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor minn JONNY TORRES li kkonkluda mill-pass ta’ Uros Duranovic.
Peró, fit-18-il minuta, Naxxar għamlu l-iskor indaqs meta Maicon De Souza Da Silva għadda lejn PABLO AUGUSTO SERVO DE CARVALHO li minn qagħda ferm ideali spara xutt fil-baxx biex għeleb lill-goalkeeper, Henry Bonello.
L-Ispartans għamlu reazzjoni, fil-25 minuta, meta Luke Montebello indirizza cross lejn Torres li d-daqqa ta’ ras tiegħu ħarġet l-aħjar tal-goalkeeper Naxxari Matthias Debono, li dawwar tajjeb f’corner.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u żewg minuti wara, l-istess Torres xeħet cross-shot għan-nofs bid-difiża tixħet f’corner.
Fl-40 minuta, l-Ispartans reġgħu marru fil-vantaġġ meta UROS DURANOVIC venven xutt mill-isbaħ minn ġol-kaxxa li ma ta l-ebda cans lil Debono jsalva.
Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Hamruniżi komplew jiddominaw u fil-55 minuta Uros Duranovic xeħet cross perikoluż iżda Torres ma rnexxilux jagħmel kuntatt mal-ballun, li eventwalment intemm barra.
Fit-62 minuta, Torres għadda tajjeb lejn il-Kroat Roko Prsa li min-naħa tiegħu serva fuq platt lil Luke Montebello li ttanta xortih permezz ta’ xutt mill-ewwel li iżda ntemm barra.
Naxxar għamlu reazzjni iżda l-konklujoni ta’ Augusto spiċċat man-naħa ta’ barra tax-xibka.
Fit-72 minuta, Hamrun żiedu l-vantaġġ meta LUKE MONTEBELLO tefa’ ġewwa wara li Debono laqa’ parzjalmet. Fid-89 minuta, Hamrun issiġillaw ir-rebħa permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ EMERSON MARCELINA.
HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg (27-Ognjen Bjelicic 84), 7-Luke Montebello (30-Seth Paintsil 87), 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa, 23-Uros Duranovic, 25-Ederson Bruno Domingos, 28-Juan Carlos Corbalan, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli, 98-Jonny Torres – Coach: Luciano Zauri
NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 5-Fernando Barbosa Pereira, 7-Mark Fenech, 9-Pablo Augusto De Carvalho, 10-Edson Farias Cerqueira (14-Ayrton Senna Azzopardi 81), 15-Ryan Gilmour Cassar, 20-Elizeu Espirito Santo da Conceicao (8-Neil Pace Cocks 68), 22-William Moreira da Silva Marcilio (11-Daren Falzon 81), 23-Maicon De Souza Da Silva, 26-Ito Yasukaze, 33-Joao Vitor Moura (16-Robinson Blandon Rendon 81) – Coach: George Vella
REFEREE: Fyodor Zammit
ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Shaun Calleja
RABA’ UFF: Daniel Casha
SKORER: J. Torres 2, U. Duranovic 42, L. Montebello 72, E. Marcelina 89 (H), P. A. Servo De Carvalho 20 (N)
AMMONITI: E. B. Domingos, Jonny, S. Borg (H), E. E. Santo Da Conceicao, M. De Souza Da Silva, J. V. Moura Cardoso (N)