Saturday, December 21, 2024

Ħamrun Sports Club f’kamp ta’ taħriġ fi Sqallija

Aqra wkoll

Ħamrun Sports Club ħadu sehem f’kamp ta’ taħriġ fi Sqallija fejn lagħbu żewġ partiti ta’ ħbiberija bi preparazzjoni għall-istaġun tal-futsal li se jibda dalwaqt.

Dan hu wieħed mit-timijiet il-ġodda li se jieħu sehem fl-Enemed Futsal League bit-tim li hu mmexxi minn Kieran Bugeja u li hu assistit minn Yalcin Sammut.

Fl-ewwel partita, il-Ħamruniżi lagħbu kontra ASD Futsal Mazara 2020 u tilfu 7-2 b’Habib Issa u Collin Sammut jiskorjaw il-gowls tagħhom.
Fit-tieni logħba, Ħamrun Futsal lagħbu kontra Marsala Futsal 2012 u din id-darba tilfu 7-1 bil-gowl uniku tagħhom jiskorjah Habib Issa.

Fl-iskwadra Ħamruniża hemm element żagħżugħ imħallat ma’ plejers t’esperjenza li għandu jagħmel dan it-tim wieħed kompetittiv u lest biex jissieltu għall-ewwel postijiet fil-klassifika.

L-iskwadra kollha hi din:

Andres Felipe Aguilera, Dylan Bonnici, Matthias Borg, Dylan Cacciatolo, Kurt Darmanin, Kieran Debono, Rodney Debono, Braham Garcia, Hamza Harrat, Habib Issa, Amin Louati, Sheldon Mercieca, Nicholas Milenkoski, Sean Parnis, Dylan Pirotta, Collin Sammut, Hamza Sarfaoui, Iman Sedagathi, Justin Theuma, Dale Vella, Kurt Zammit.

Ekonomija

Sport