Monday, April 29, 2024

Handball: Malta tiffirma l-EHF Master Plan 360 Cooperation Agreement

Aqra wkoll

Il-Malta Handball Association illum iffirmat ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Federazzjoni Ewropea tal-Handball biex issir waħda mill-ewwel tliet nazzjonijiet Ewropej li ser jibbenefikaw mill-Master Plan il-ġdid tal-EHF. L-għan fit-tul ta’ dan il-ftehim huwa t-tkabbir sostenibbli tal-handball f’Malta. Ġie żviluppat proġett dettaljat u magħmul apposta, u l-għan primarju se jkun l-iżvilupp ta’ plejers żgħar tal-handball. Dan il-proġett se jkun maqsum f’numru ta’ fażijiet u jinkludi inizjattivi oħra li se jsiru wkoll matul dan il-perjodu.

Ian Psaila u Alan Grima, Viċi President u Direttur tal-Operazzjonijiet tal-MHA, iffirmaw dan il-ftehim ta’ kooperazzjoni waqt l-avveniment tal-EHF Men’s Champions League Final4 li qed isir fi tmiem il-ġimgħa f’Cologne, il-Ġermanja. Michael Wiederer u Martin Hausleitner, President u Segretarju Ġenerali ffirmaw il-ftehim f’isem l-EHF.

Dan huwa pass importanti ħafna għall-komunità lokali tal-handball li jirrifletti d-deċiżjoni kuraġġuża meħuda mill-Kunsill tal-MHA matul il-perjodu tal-pandemija biex jiġi żviluppat pjan strateġiku fit-tul li jfassal triq ‘il quddiem għall-handball Malti. Ftehimiet simili għandhom jiġu ffirmati ma’ entitajiet oħra fil-ġimgħat li ġejjin.

Sport