Monday, April 15, 2024

Jurrien Timber lest li jibqa ma’ Ajax u jirrifjuta trasferiment ma’ Manchester United

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Ajax, Jurrien Timber, huwa lest li jirrifjuta trasferiment tas-sajf ma’ Manchester United.

Huwa mifhum li ż-żagħżugħ ta’ 20 sena ġie identifikat mir-Red Devils bħala l-mira ewlenija tat-trasferiment, wara li impressjona taħt il-gwida tal-manager il-ġdid tal-clabb Ingliż Erik ten Hag li kien fit-tmun ta’ Ajax, matul l-istaġun li għadda.

Timber deher fi 43 okkażjoni għall-club tiegħu minn Amsterdam matul l-istaġun li għadda, fejn irreġistra tliet goals u żewġ assists, u kien hemm suġġerimenti li jista’ jkun disponibbli għal madwar £30m dan is-sajf.

Ekonomija

Sport