Saturday, November 9, 2024

Harris tilqa’ stedina li saritilha mic-CNN għal dibattitu ieħor ma’ Trump

… Trump jgħid li issa huwa tard wisq għal dibattitu ieħor

Aqra wkoll

Hekk kif fadal inqas minn xahrejn għal jum l-elezzjoni fl-Istati Uniti għall-ħatra ta’ President, Kamala Harris qablet li f’Ottubru tagħmel dibattitu ieħor ma’ Donald Trump, b’Trump iwieġeb u jgħid li issa huwa tard wisq 

Harris aċċettat l-istedina li saritilha mis-CNN, dik li fit-23 ta’ Ottubru jsir dibattitu ieħor bejnietha u bejn Trump. F’messaġġ fuq il-pjattaforma X, Harris qalet li tispera li Donald Trump jaċċetta din l-istendina, għax skontha ma għandu jkollu l-ebda problema sabiex jiddibatti magħha.

Intant is-Sibt, waqt li kien qed jitkellem waqt rally f’North Carolina , Trump qal li issa huwa tard wisq biex isir dibattitu ieħor ma’ Harris. F’indirizz lill-folla, Trump qal; “Il-problema b’dibattitu ieħor hija li issa tard wisq għax il-votazzjoni diġà bdiet,”. 

Sa issa Trump kellu biss dibattitu wieħed ma’Harris s’issa, iżda dibattitu ġdid ikun it-tielet tiegħu matul dan iċ-ċiklu elettorali. Fis-27 ta’ Ġunju, kien sar id-dibattitu bejnu u bejn il-President Joe Biden, li dak iż-żmien kien qed jikkontesta għall-elezzjoni mill-ġdid. 

Sport