Friday, May 17, 2024

Harry Kane jrid jingħaqad ma’ Manchester United

Aqra wkoll

Skond rapporti fil-media Ingliża, Harry Kane, huwa interessat li jingħaqad ma’ Manchester United. Huwa fadallu sena kuntratt ma’ Tottenham Hotspur u lest li jibqa’ fit-Tottenham Stadium biex fi tmiem l-istaġun 2023/24 ikunj jista’ jinnegozja l-kuntratt tiegħu stess. 

L-attakkant internazzjonali Ingliż ta’ 31 sena jrid jitlaq lill-club wara li ma kkwalifikaw għall-ebda kompetizzjoni Ewropea hekk kif Spurs temmew fit-tmien post tal-klassifika. 

Huwa saħaq li jekk jiċċaqlaq huwa jrid imur jilgħab f’Old Trafford bil-manager tar-Red Devils qed jagħmel lill-istess Kane bħala prioritá fis-suq tat-trasferimenti.

Sport