Tuesday, April 30, 2024

Snooker Q-School: Aaron Busuttil bla ebda risposta għal Womersley

Aqra wkoll

Daniel Womersley waqqaf lill Aaron Busuttil milli jkompli javvanza waqt l-ewwel Event Q School li qed isiru f’Morningside Arena f’Leicester l-Ingilterra.

L-Ingliż rebaħ bil-punteġġ ta’ 4-0 (61-23, 98-0, 75-8, 68-12) b’hekk Busuttil ma kellu l-ebda risposta għal qawwa tal-Ingliż li wettaq breaks ta’ 63 punt, 74 punt u 53 punt fi tliet frames konsekuttivi.

Womersley għandu 31 sena u fl-2020 kien lagħab fl-Akkademja tas-Snooker ta’ Malta fil-Hamrun (ritratt) waqt il WSF Open iżda ma kienx ikkwalifika mill-fażi tal-gruppi. 

Aaron Busuttil issa jerġa jittanta xortih waqt it-tieni Event tal-Q School nhar is-Sibt u fl-ewwel round tela’ biex jilgħab kontra l-Ingliż Neil Craycraft.

Sport