Saturday, May 18, 2024

Harry Kane seta’ mar ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane kien viċin li jingħaqad ma’ Real Madrid minflok Bayern Munich. Il-Madrileni kienu qed ifittxu attakkant li jieħu post Karim Benzema li mar jilgħab fl-Arabja Sawdija.

Minkejja kollox, Tottenham Hotspur raw li l-offerta ta’ Real Madrid, dik ta’ €70 miljun, kienet waħda baxxa ħafna tant li Bayern Munich approfittaw u xtrawh għal €100 miljun.

Kane għandu 30 sena u s’issa skorja erba’ gowls minn erba’ logħbiet.

Sport