Id-difensur internazzjonali Ingliż Harry Maguire ikkonferma li se jkollu jibqa’ barra għal xi ġimgħat wara li weġġa’ fil-logħba kontra Aston Villa.
Maguire għandu 31 sena u għalkemm ma kienx qed jilgħab dejjem mal-klabb tiegħu Manchester United, din hi daqqa ta’ ħarta għall-kowċ Erik Ten Hag li qed jara kif isaħħaħ id-difiża.
Il-plejer internazzjonali Ingliż kemm-il darba kien qed jissemma’ li se jitlaq lir-Red Devils iżda b’xi mod jew ieħor baqa’ f’Old Trafford. Hu skorja sitt gowls f’145 logħba magħhom.