L-eks captain ta’ Manchester United Harry Maguire għadu qed jagħrbel fejn se tkun id-destinazzjoni l-ġdida tiegħu wara li r-Red Devils tefgħuh fuq il-lista ta’ plejers li se jinbiegħu f’dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.
Min-naħa tagħhom, Manchester United iridu €50 miljun mingħand il-klabb prospettiv li beħsiebu jixtru dan il-plejer li xi kultant daħal f’xi kontroversji wara sensiela ta’ żbalji fid-difiża li wittew it-triq għall-gowls kontra t-tim tiegħu.