Monday, December 23, 2024

“Hawn min għadu mhux komdu li jingħaqad mal-PN” — Bernard Grech

Aqra wkoll

Wara ġimgħat ma jsemmux il-pandemija, issa l-Partit Nazzjonalista reġa’ dar fuq il-pandemija. Fi kliem il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech,  “il-Gvern donnu li issa tilef il-kontroll u lanqas  qed jagħti każ biex isolvi l-problema”. Iddikjara li quddiem f’din is-sitwazzjoni, il-pajjiż għandu bżonn par idejn sodi u jimxi mal-pariri mediċi u ma jibqgħax jesperimenta bis-saħħa tan-nies.

Bernard Grech iddikjara li “s-sitwazzjoni hi ta’ dieqa għax qed nerġgħu ninkwetaw li n-numri qed jerġgħu jikbru. Għal dan il-Gvern jew nejja u maħruqa. L-ewwel ġab l-istudenti mhux imlaqqmin u issa jrid lil kulħadd imlaqqam”.

Fid-diskors tiegħu Benard Grech tkellem fuq il-ħidma li se jkun qed iwettaq il-Partit Nazzjonalista. Hu ddikjara li ‘irridu nkomplu naħdmu biex il-Partit Nazzjonalista jkun il-vejikolu tal-bidla li tant hemm bżonn f’dan il-pajjiż”. 

Kompla jgħid li wasal iż-żmien li jekk tassew irridu li pajjiżna jimxi ‘l quddiem u l-Maltin ikollhom Gvern li jixiriqilhom u politika tajba li tagħmel ġid lil pajjiżna, irid ikun hemm ġirja bejn iż-żewġ partiti dwar kif se jaħdmu l-aħjar għall-ġid ta’ pajjiżna.

Tkellem dwar il-kontroversja marbuta ma’ Chris Peregin, u qal li dan għamel għażla u ngħaqad mal-Partit Nazzjoalista. Qal li dan hu persuna li telaq is-suċċess li għamel għax iddeċieda u fehem li huwa għandu dmir li jagħmel id-differenza għal pajjiżna. 

Ma naqasx li jsemmi li hemm min għadu mhux komdu li jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista. Iddikjara li l-wegħda tiegħu għal dawn in-nies hi li l-Partit għandu bżonn lil kulħadd u huwa partit li jilqa’ lil kulħadd. 

Ekonomija

Sport