Il-post li fih tilef ħajtu Ismael Grima wara inċident tat-traffiku fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu inkesa bil-fjuri, xemgħat u ritratti tiegħu.
Bosta kienu dawk li sellmu l-memorja taż-żagħżugħ magħruf bħala ‘iz-Zy” u waranofsinhar żaru l-post f’Ħal Luqa ħallewlu xi forma ta’ tifkira.
Kienu bosta żgħażagħ li kitbu messaġġi fuq il-mezzi soċjali li fakkru l-memorji ta’ żminijiet sbieħ li għexu flimkien.
Intant fost l-aktar messaġġi li spikkaw kien hemm dak ta’ oħtu Bernice Grima li esprimiet l-imħabba tagħha lejh u qaltlu li issa postu kien fejn missierhom fil-ġenna.