Saturday, May 3, 2025

Ħelsien mill-arrest għal missier mixli li heżżeż lil ibnu ta’ ħmistax

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 24 sena mixli li heżżeż li ibnu ta’ 15-il jum ngħata l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest.

L-imputat, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, kien tressaq il-Qorti fis-17 t’April li għadda mixli b’sensiela ta’ akkużi dwar vjolenza domestika, inkluż li kkaġuna lil bint is-sieħba – li rat l-allegata aggressjoni fuq ħuha u ommha, biża’ li se tintuża vjolenza kontriha. Huwa qed jiċħad dawn l-akkużi.

Meta l-każ kompla din il-ġimgħa, is-sieħba tal-imputat u bintha ddikjaraw li jirtiraw l-ilment tagħhom u jwaqqgħu l-akkużi kontrih. Il-Prosekuzzjoni u d-Difiża mbagħad għamlu s-sottomissjonijiet tagħhom dwar it-talba għall-ħelsien mill-arrest, b’tal-ewwel targumenta li t-tħassib ewlieni tagħha hi dwar is-sigurtà tat-tarbija tat-twelid. 

Id-Difiża min-naħa tagħha qalet li l-Qorti tista’ toħroġ ordni ta’ protezzjoni biex tipproteġi lit-tarbija. L-imputat ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €7,000. 

Il-Qorti imponiet ukoll diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma l-għassa erba’ darbiet fil-ġimgħa u li ma jersaqx fil-lokalità fejn tgħix il-mara u l-familja tagħha. Huwa ġie mfakkar ukoll fl-ordnijiet ta’ protezzjoni favur il-mara u wliedha. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Mirayah Borg mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Audrey Micallef. L-Avukati Jacob Magri, Mario Mifsud u Arthur Azzopardi dehru għall-imputat. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport