L-attakkant veteran mill-Armenja Henrikh Mkhitaryan mistenni jġedded għal staġun ieħor ma’ Inter. Il-plejer ta’ 34 sena rtira mit-tim nazzjonali sena u nofs ilu sabiex jikkonċentra fuq i Nerazzurri hekk kif qal li jinsab għal qalbu hemmhekk.
Ħafna faħħru l-fedeltá ta’ Mkhitaryan li qed jagħti qalbu ma’ Inter. Hu ilu magħhom sa mis-sena 2022 fejn s’issa lagħab 34 logħba u skorja tliet gowls.