Hibernians FC iffirmaw lill-attakkant Awstrijakk b’esperjenza kbira fil-futbol Ewropew, Alex Sobczyk.
Alex huwa wkoll eks plejer internazzjonali Awstrijakk ta’ taħt id-19-il sena
u lagħab fl-ogħla diviżjoni Slovakka ma’ Spartak Trnava u MFK Skalica.
Irrappreżenta lil Rapid Vienna u SKN St. Pölten fil-Bundesliga Awstrijaka, filwaqt li kkompeta fl-ogħla diviżjoni tal-Polonja ma’ Górnik Zabrze u Piast Gliwice.
Hibernians laqgħu lil Alex fil-familja tagħhom u awgurawlu kull success għall-futur.




