Saturday, May 18, 2024

Hibernians iressqu protest kontra Hamrun S.

Aqra wkoll

Hibernians ressqu protest quddiem il-Bord tal-Protesti tal-MFA kontra Hamrun Spartans fejn sostnew li fil-partita ta’ nhar is-Sibt li għadda, l-Ispartans utilizzaw player ineliġibbli.

Il-Ħamruniżi rebħu dan il-konfront bl-iskor ta’ 2-1.

Il-player in kwistjoni huwa d-difensur Spanjol ta’ 26 sena, Christian Rutjens, li fl-imsemmija partita daħal jilgħab fil-post ta’ Luke Montebello, fit-78 minuta.

Il-Pawlisti qed jargumentaw li meta Rutjens kien player ta’ Floriana huwa tkeċċa, fid-79 minuta, fil-partita ta’ nhar it-12 ta’ Diċem­bru, 2022, kontra l-istess Hibernians li dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0.

Huwa kien tkeċċa wara li allegatament ta bis-sieq lil player avversarju li kien mal-art u eventwalment ġie sospiż tliet partiti.

Huwa ma lagħabx f’dik sussegwenti,fir-rebħa ta’ 3-0 kontra Pietá Hotspurs (17 ta’ Diċembru) u bil-kampjonat ikun wieqaf minħabba l-festi tal-Milied, fil-bidu ta’ Jannar 2023, huwa ħalla lil Flo­riana … u għaldaqstant kellu żewġ logħbiet oħra x’jiskonta … liema sospensjoni kellu jiskontaha meta ngħaqad mal-club tas-Serie C, Foggia, matul l-istess xahar. 

Sport