Hibernians iffirmaw lill-midfielder Ġermaniż ta’ 19-il sena, Jamie Wahling … midfielder żagħżugħ b’talent u esperjenza f’akkademji elite Ewropej fosthom dik ta’ Hoffenheim.
Huwa kompla bl-iżvilupp tiegħu ma’ Derby County FC, lagħab fil-UEFA Youth League, fejn għamel ħames dehriet, skorja erba’ gowls u provda assist.
Lagħab ukoll kontra Auxerre, IFK Göteborg u Shakhtar Donetsk u għandu esperjenza fil-Premier League 2.




