Sunday, February 23, 2025

Hibernians jirritornaw għar-rebħ b’doppjetta ta’ Villela

Aqra wkoll

Hibernians …….2

Mosta …………….0

Minn Cristian Muscat

 

Wara t-telfa umiljanti ta’ 4-0 kontra l-ġirien Zabbar SP, b’wirja ta’ karattru Hibernians irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 2-0, b’doppjetta personali ta’ Lucas Lapert Villela.

Kienet rebħa meritata għall-Pawlisti li ddominaw lill-avversarji għall-ħinijiet twal u dehru tattikament ferm organizzati. Min-naħa l-oħra kien mis­tenni iktar mill-Blues speċjalment wara r-rebħa ta’ 2-1 fuq Marsaxlokk.

Hibernians kellhom nieqsa lil Jurgen Degabriele u Lucas Caruana minħabba li qed jirkupraw minn injury.

Kienu l-Pawlisti li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss ħames minuti, Federico Falcone kellu xutt minn pożiz­zjoni ideali jintemm għoli.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-16-il minuta fetħu l-iskor meta Lucas Lapert Villela kkontrolla u dar tajjeb qabel venven xutt sabiħ mill-viċin li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper debuttant, Jorgen Demba.

Fit-32 minuta free-kick ta’ Alex Bruno De Souza Silva ġie devjat f’corner mill-bar­riera ta’ Mosta.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hibernians komplew bl-is­tess ritmu ta’ qabel il-mistrieħ u fil-55 minuta rduppjaw meta  minn cross mil-lemin, Falcone niżżel il-ballun b’sidru lejn LUCAS LAPERT VILLELA li mill-viċin spara ġewwa biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

Mosta wieġbu għall-ewwel darba fis-76 minuta permezz ta’ free-kick ċentrali ta’ Clayton Failla li ġie salvat b’diffikultá mill-goalkeeper Nuno Pablo Sanchez.

Huma komplew fuq l-offensiva fit-tentattiv li jnaqqsu l-marġni tal-iskor u erba’ mi­nuti wara, is-sostitut Joshua Agyemang avvanza tajjeb iżda sab lil Nuno Sanchez li ħareġ barra minn postu biex interċetta kull periklu.

Hibernians irrispondew fit-82 minuta  minn free­-kick ta’ Ilias Martinis u fl-84 minuta,  Agyemang ta’ Mosta ttanta xortih iżda x-xutt tiegħu kien wisq fraġli.

HIBERNIANS: 1-Pablo Nino Sanchez, 4-Alfred Silas (23-Matthew Ellul 68), 5-Kurt Shaw, 7-Lucas Lapert Villela, 8-Rodrigo Khevin Fraga, 11-Bjorn Kristensen, 14-Dexter Xuereb (13-Jake Portelli 90), 16-Rui Bruno Fragoso, 20-Federico Falcone (17-Isaiah Chukunyere 77), 21-Alex Bruno De Souza Silva (19-Stanislav Sorokin 68), 22-Ilias Martinis   – Coach: Branko Nisevic

MOSTA: 1-Jorgen Demba, 3-Matthew Garcia Bolanos, 5-Sasha Cachia, 6-James Arthur (8-Junior Chukwemeka 46), 9-Souleymane Kone (21-Nathan Agius 69), 10-Giancarlo Goncalves, 13-Clayton Failla, 16-Gianluca Sciberras (20-Salomo Sakari 69), 29-Stephen Chiemezie (23-Joshua Agyemang 76), 31-Joao De Souza Teixeira (7-Jamie Scerri 46), 96-Konstantinos Lampsias – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Robert Curtis

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORER: L.L. Villela 16, 56 (H)

AMMONITI: J. Arthur (M), D. Xuereb, F. Falcone, M. Ellul (H)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport