Valletta ………0
Hibernians…..2
Hibernians għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 2-0 biex komplew ikabbru l-problemi ta’ Valletta b’din ir-rebħa tista’ titqies bħala waħda meritata.
Dan hekk kif il-Pawlisti dehru impostati tattikament bl-aqwa mod possibbli, kuntrarju għal Valletta li dehru traskurati f’kull dipartiment.
Kienu Hibernians li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss żewġ minuti cross-shot ta’ Luiz Henrique Guede ġie salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper Jake Galea.
Il-mumenti li segwew kienu kkaraterizzati minn ħafna logħob f’nofs il-ground, bl-azzjoni sussegwenti tasal biss fit-42 minuta, bil-Pawlisti jerġgħu jkunu huma li joħolqu l-periklu, meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Jurgen Degabriele, Ferdinando Apap falla l-mira permezz ta’ rovexxjata.
Huma komplew jattakkaw u, fil-45 minuta, fetħu l-iskor meta Robert Bairam xeħet cross lejn FERDINANDO APAP li kkonkluda bir-ras.
Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, it-tentattiv minn barra l-kaxxa tal-Pawlist, Claudio Bonanni għadda ftit barra.
Hibernians komplew jippressaw u fil-61 minuta, il-goalkeeper Galea, kien providenzjali għall-Beltin meta salva bi tbatija x-xutt ta’ Giannis Bastaianos.
Il-Pawlisti komplew jiddominaw u ma kienet l-ebda sorpriża li, fil-65 minuta, huma rduppjaw meta x-xutt mill-viċin ta’ BRUNO ALEX DE SOUZA SILVA, intemm fix-xibka.
Wieħed stenna reazzjoni mil-Lilywhites iżda din ma waslet qatt minħabba li Hibernians ikkontrollaw kull sitwazzjoni biex l-iskor sas-suffara finali baqa’ ma nbidilx.
VALLETTA: 16-Jake Galea, 3-Juan Ramires Bolanos, 6-Enzo Ruiz, 8-Omar Fernando Barruentos, 9-Adrian Santiago Ferraris, 10-Shaun Dimech, 14-Christian Gauci, 20-Federico Falcone, 22-Brandon Paiber (80-Alfred Silas 62), 30-Victor Luiz Prestes Filho, 77-Jhonnattann Benites Da Conceicao (93-Diego Cardoso Nogureira 62) – Coach: Vincenzo Potenza
HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 5-Kurt Shaw, 8-Robert Bairam (13-Zachary Grech 84), 10-Jurgen Degabriele (9-Armen Hovhannisyan 75), 11-Bjorn Kristensen, 21-Alex Bruno DaSilva Souza (16-Samuel Okoh 68), 23-Claudio Bonanni (22-Gabriel Izquier Artiles 84), 29-Giannis Bastianos, 31-Eriks Pereira De Souza Santos, 99-Luiz Henrique Guedes (77-Rodney Antwi 75) – Coach: Branko Nisevic
REFEREE: Ishmael Barbara
ASS. REFEREES: Camilleri, Mark Ciantar
RABA’ UFF: Slobodan Petrovic
SKORERS: F. Apap 45, B. A. De Souza Silva 65 (H)
AMMONITI: Ħadd