Friday, May 8, 2026

Hibernians u Floriana jgħaddu għall-finali tal-BOV Veterans Malta FA Trophy

Aqra wkoll


Hibernians u Floriana għaddew għall-finali tal-BOV Veterans Malta FA Trophy wara li għelbu lill-avversarji rispettivi tagħhom fis-semifinali li lagħbu.

Floriana 9-4 Gżira United
Ic-champions il-ġodda, Floriana, rebħu lil Gżira United 9-4. L-attakkant Brażiljan Diego Fernando Pereira spikka hekk kif skorja erba’ gowls, filwaqt li Firas Aboulezz kien awtur ta’ doppjetta. Donovan Friggieri, Ryan Darmanin u Manolito Micallef għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.
Għal Gżira kien hemm doppjetta ta’ Zvezdan Vukovic u gowls oħrajn ta’ Kurt Magro, Adrian Lanzon, Raymond Sciberras u Ian Zammit.
Referee: Paul Apap.

Hibernians 4-3 Rabat Ajax
It-tieni semifinali kienet iktar bilanċjata hekk kif Hibernians għelbu lil Rabat Ajax 4-3. Kienet logħba li setgħet marret kull naħa, iżda fl-aħħar mill-aħħar kienu l-Pawlisti li dahku l-aħħar dahka.
Dylan Mercieca, Beppe Antignolo, Steven Bonnici u Daniel Fodermayer skorjaw il-gowls għal Hibernians, b’Rabat li wieġbu grazzi għall-gowls ta’ Daniel Cremona, Andre Scicluna u Andy Mangion.
Referee: Paul Apap.

Il-finali bejn Floriana u Hibernians se tintlagħab nhar l-Erbgħa li ġej fil-grawnds tad-Dorotej f’Haz-Żebbuġ u tibda fis-7.30pm.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport