Minn Cristian Muscat
Il-midfielder tat-tim tan-nisa ta’ Mgarr United, Yulya Carella, għadha qed tgħix wieħed mill-aktar staġuni memorabbli tal-karriera tagħha, wara li kellha parti ewlenija minn tim li kiteb paġna ġdida fl-istorja tal-futbol tan-nisa f’Malta.
Ir-rebħa drammatika ta’ 3-2 kontra Hibernians Women fil-finali tal-Malta Women’s Jubilee Cup kienet il-qofol ta’ sena mimlija suċċessi, sagrifiċċji u tkabbir personali. Iżda dan mhux kollox.
Carella rebħet ukoll il-Kampjonat kif ukoll it-Tazza proprju mat-tim min-naħa ta’ fuq ta’ Malta sabiex flimkien ma’ sħabha akkwistat tripletta ta’ suċċessi.
Biex l-affarijiet ikomplu sejrin ‘il quddiem, hi għadha kemm rebħet ukoll iż-żagħżugħa tas-sena fl-aħħar MFPA Awards li saru f’sala ewlenija f’Ħal Lija. Dan is-sit tkellem mal-istess Carella.
“Għadni qed inħossni qisni qed ngħix f’ħolma,” bdiet tgħid Carella. “Meta taħseb minn fejn bdejna u fejn wasalna, tifhem kemm hu kbir dak li għamilna bħala tim.”
Yulya Carella kompliet tispjega kif l-istaġun ta’ Mġarr United kien wieħed ta’ tagħlim kontinwu, speċjalment fil-mod kif it-tim tratta l-pressjoni fil-mumenti kruċjali. “Kien hemm partiti fejn ma konniex fl-aqwa tagħna, imma tgħallimna nibqgħu flimkien u nsibu r-riżultat bħala tim,” qalet.
Hi żiedet tgħid li l-esperjenza fil-finali tal-Jubilee Cup saħħet aktar il-fiduċja tagħhom.
“Meta tkun fl-aħħar minuti u tkun qed titlef, trid mentalità kumbattiva biex tibqa’ temmen. Dak hu li għamilna u għamel id-differenza.”
Carella semmiet ukoll kif l-istaġun ta’ suċċess ma jfissirx rilassament, iżda aktar responsabbiltà għall-futur. “Issa kulħadd qed iħares lejna bħala champions. Dan ifisser li rridu naħdmu aktar, mhux inqas.”
Kif għedna, Mġarr United kellhom staġun kważi perfett. Irnexxielhom jirbħu l-kampjonat, il-Jubilee Cup u wkoll il-kompetizzjoni Knock-Out, u b’hekk kisbu treble storiku li ftit klabbs Maltin jistgħu jiftaħru bih.
“Meta tibda l-istaġun, qatt ma taħseb direttament li tirbaħ dawn it-trofej kollha,” spjegat Yulya. “Imma bil-mod il-mod, b’xogħol, dixxiplina u unità, tibda temmen li kollox hu possibbli.”
Il-midfielder żagħżugħa kienet ukoll fost il-protagonisti ewlenin fil-finali tal-Jubilee Cup, fejn Mġarr dawru partita diffiċli fl-aħħar minuti b’determinazzjoni inkredibbli.
“Dak il-mument meta skorjajna fl-aħħar minuti huwa xi ħaġa li ma tinsa qatt u għalhekk wera l-karattru tagħna. Aħna tim li qatt ma naqtgħu qalbna.”
Carella tfakkar ukoll kemm ir-rebħ ta’ dawn il-kompetizzjonijiet kien importanti għall-klabb kollu.
“Din kienet l-ewwel darba fl-istorja tal-klabb li nirbħu dan it-trofew. Mhux biss għalina bħala plejers, imma għar-raħal tal-Imġarr kollu. Hemm ħafna nies li jaħdmu wara l-kwinti u din ir-rebħa hija tagħhom ukoll.”
Ir-rebħa ta’ 3-2 kienet riżultat ta’ taħlita ta’ ħila teknika u mentalità soda, bi Mġarr li baqgħu dejjem reżiljenti sabiex ħadu dak li xtaqu.
“Anke meta konna taħt pressjoni, bqajna kalmi. Dik hija l-qawwa tagħna,” żiedet tgħid.
L-istaġun ta’ Carella kien ukoll rikonoxxut individwalment, hekk kif rebħet l-MFPA Women’s Best Young Player Award.
“Hu unur kbir, speċjalment meta tkun qed tilgħab ma’ plejers ta’ livell għoli. Imma jien dejjem ngħid li dawn il-premjijiet huma riżultat ta’ tim sħiħ,” qalet b’mod umli.
Hi kompliet tispjega li s-suċċess ma jiġix b’kumbinazzjoni:
“Fil-futbol tan-nisa f’Malta, trid taħdem ħafna iktar. Ħafna minna naħdmu wkoll barra mill-futbol, allura trid tibbilanċja kollox. Mhux faċli, imma meta tħobb dak li tagħmel, issib il-mod.”
Carella kienet ċara dwar x’hemm bżonn biex tilħaq dan il-livell.
“Il-futbol huwa rutina: tqum, tiekol, tgħix il-futbol. Dak hu. Sagrifiċċji trid tagħmel dejjem. Mhux dejjem toħroġ, mhux dejjem ikollok ħin liberu. Imma jekk trid tasal, trid tagħmel hekk.”
Hija tispjega kif id-dixxiplina barra l-grawnd hija daqstant importanti daqs il-prestazzjoni fil-grawnd.
“Nutrizzjoni, mistrieħ, mentalità, dan kollu jgħodd. Illum il-futbol hu professjoni anke jekk Malta għadha qed tiżviluppa f’dan is-sens.”
Matul l-istaġun, Mġarr United għelbu timijiet kbar bħal Birkirkara u Swieqi, u wrew li huma forza serja fil-futbol tan-nisa Malti.
“Meta tirbaħ kontra timijiet kbar, tibda temmen aktar fik innifsek. Dan l-istaġun għamilna pass kbir ’il quddiem bħala klabb.”
Hi kompliet tgħid li l-ambjent ta’ Mġarr huwa fundamentali għas-suċċess:
“Hawnhekk sibna familja. Kulħadd jgħin lil xulxin. Dak hu li jagħmel id-differenza.”
Carella hija wkoll parti mit-tim nazzjonali tan-nisa mmexxi minn Manuela Tesse, fejn qed tkompli tikseb esperjenza importanti.
“Li tilgħab għal Malta hija xi ħaġa speċjali ħafna. Tirrappreżenta pajjiżek, u dan jagħtik motivazzjoni oħra.”
Hi tgħid li kull esperjenza internazzjonali tgħinha tikber:
“Kull darba nitgħallem xi ħaġa ġdida. Il-pass tal-logħba, id-dixxiplina, u l-intensità huma differenti.”
Meta mistoqsija dwar il-futur, Yulya kienet ċara:
“Għandna l-UEFA Women’s Champions League issa, pass kbir ħafna għall-klabb. Hi esperjenza ġdida għal kulħadd, u aħna eċitati ħafna.”
Hi żżid li għalkemm waslu ħafna suċċessi, il-ġuħ għas-suċċess għadu hemm anzi żdied:
“Għandna għanijiet. Irridu nibqgħu nikkompetu u nirbħu. Il-futbol ma jiqafx.”
Yulya Carella tirrappreżenta ġenerazzjoni ġdida ta’ plejers nisa Maltin, li huma ddedikati, dixxiplinati u b’ambizzjoni ċara. L-istaġun ma’ Mġarr United mhux biss ġab trofej, iżda wkoll identità u kredibilità ġdida lill-klabb u lill-futbol tan-nisa f’Malta.
“Fl-aħħar mill-aħħar, napprezzaw dak kollu li ksibna,” temmet tgħid. “Imma dejjem inħarsu ’l quddiem.”
‘Irridu nibqgħu nikkompetu u nirbħu … il-futbol ma jiqafx’ – Yulya Carella