Thursday, December 26, 2024

Ħidma bla waqfien biex jinstabu aktar persuni wara l-għargħar fi Spanja

Aqra wkoll

Fis-sigħat li għaddew, ħaddiema tas-salvataġġ u mijiet ta’ suldati kienu impenjati f’ħidma sabiex isibu lil dawk li għadhom irrapportati nieqsa jew maħsuba mejta wara l-għargħar qawwi fix-Xlokk ta’ Spanja. 

Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez ħeġġeġ lin-nies sabiex jibqgħu fi djarhom u qal li l-Gvern se jkun qiegħed jagħti l-assistenza tiegħu ġewwa Valencia “sakemm ikun hemm bżonn”. 

“Bħalissa l-iktar ħaġa importanti hija li nsalvaw kemm jista’ jkun ħajjiet”, kompla jgħid il-Prim Ministru Sánchez filwaqt li stqarr li iżjed minn 1,000 ħaddiem tal-emerġenza ntbagħtu biex jassistu fiż-żoni affettwati mill-għargħar.

Sadanittant, il-Ministru għat-Trasport ta’ Spanja Óscar Puente qal li s-servizzi ferrovjarji li jgħaqqdu Madrid u Valencia jistgħu jkunu sospiżi minn tal-inqas għal tliet ġimgħat minħabba l-ħsara li saret. 

Sa issa ġie rrapportat li minn tal-inqas tilfu ħajjithom 95 persuna minħabba f’dan l-għargħar.

Ekonomija

Sport