Monday, May 13, 2024

HiTT Academy WH Middle East iżidu l-vantaġġ f’ras il-klassifika

Aqra wkoll

HiTT Academy WH Middle East baqgħu jżommu r-rekord perfett li bdew bih l-istaġun hekk kif kisbu l-għaxar rebħa minn daqstant logħbiet wara li għelbu l-isfida diretta ta’ Topspin TT Academy Valletta Pay Andro 4-2. Huma fetħu seba’ punti vantaġġ fuq iż-żewġ timijiet fit-tieni post iġifieri HITT Academy Mosta Dome B & B u Top Spin Academy Pay Andro għalkemm għandhom logħba iktar minnhom.

Sadanittant f’aktar riżultati, MITTC Butterfly iddominaw il-konfront kontra HITT Academy Home Trends hekk kif rebħu 6-0 filwaqt li l-istess għamlu MITTC Butterfly Dignics li rebħu 5-1 lil Alpha Calleja Ltd.

Finalment Top Spin Academy Valletta Pay Roxon għelbu lil Mosta Gunners 4-2.

Is-sitwazzjoni tidher ferm aktar interessanti fit-tieni diviżjoni hekk kif PBC Table Tennis Bluegrip għadhom fil-kmand b’27 punt, segwiti minn Alpha Alberta Group b’25 b’żewġ timijiet mill-istess akkademja iġifieri Top Spin TT Academy Pay Hexer u Top Spin TT Academy Pay Fraser b’24 punt.

Sadanittant dawn kienu r-riżultati l-oħra li kellna mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni:

Sport