Monday, May 13, 2024

HITT Academy WH Middle East jibdew il-fażi deċiżiva bl-aqwa mod

Aqra wkoll

HITT Academy WH Middle East bdew il-fażi taċ-Championship Pool tat-table tennis bl-aqwa mod possibbli meta rebħu 4-2 lil Top Spin TT Academy Valletta Pay Andro. Min-naħa tagħhom, MITTC Butterfly irkupraw sew mit-telfa tal-ġimgħa l-oħra meta din id-darba għelbu lil MITTC Butterfly Dignics 5-1.
HITT Academy Tibhar kellhom jissieltu sabiex għelbu lil HITT Academy Mosta Dome B & B 4-3.

Fir-Relegation Pool, Alpha Gewo telgħu fl-ewwel post tal-klassifika wara skor ta’ 4-2 fuq HITT Academy Home Trends. Anke Top Spin TT Academy Pay Roxon kisbu l-istess skor kontra Mosta Gunners.

Fil-Promotion Pool tat-tieni diviżjoni, Alpha Alberta Group huma l-leaders u qed igawdu erba’ punti vantaġġ fuq it-tliet timijiet ta’ warajhom wara skor pożittiv ta’ 4-3 kontra Top Spin TT Academy Pay Fraser.

Top Spin TT Academy Pay Hexer u MITT Butterfly Super Chak kisbu skor simili ta’ 4-2 kontra HITT Academy Valletta u PBC Table Tennis Blue Grip rispettivament.

Fir-Relegation Pool tal-istess diviżjoni, HITT Academy ITX u Alpha Flexxon kisbu tliet punti importanti meta rebħu lil Top Spin TT Academy Valletta Pay Novacell (4-3) u PBC Table Tennis Bluefire (4-2) rispettivament.

Sadanittant dawn kienu r-riżultati l-oħra li kellna mit-tielet u r-raba’ diviżjoni:

It-Tielet Diviżjoni – Promotion Pool

Kindred – Topspin TT Academy Valletta Pay Munro 4-3

HiTT Academy Sports Experience – HiTT Academy Knights 5-1

Alpha Sensus – Alpha Dynatec 4-2

It-Tielet Diviżjoni – Relegation Pool

HiTT Academy 5Q – HiTT Academy Masters 2-4

Topspin TT Academy Omegaed – MITTC Tenergy 3-2

Topspin TT Academy Skelton – Alpha Codexx 0-6

Ir-Raba’ Diviżjoni – Promotion Pool

Sharp Shot Academy Petrolea – Alpha Youths 5-1

Topspin TT Academy Kanter – Sharp Shot Academy XIOM 0-6

PBC Table Tennis Bluestorm – Sharp Shot Academy Playmobil 2-4

Alpha Firebolt – Sharp Shot Academy Flick 5-1

Ir-Raba’ Diviżjoni – Placing Pool

Topspin TT Academy Beta – Alpha Nexxus 2-4

HiTT Academy Kyte Consultants – MITTC Butterfly ZLC 0-6

Sharp Shot Academy Omega – Sharp Shot Academy Novus 4-3

MITTC Butterfly Mizuno – HiTT Academy Faraxa 5-1

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI – CHAMPIONSHIP POOL

HITT Academy WH Middle East 33, MITTC Butterfly 32, Top Spin TT Academy Valletta Pay Andro 30, HITT Academy Mosta Dome B & B 28, MITTC Dignics 24, HITT Academy Tibhar 21.

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI – RELEGATION POOL

Alpha Gewo 22, Alpha Calleja Ltd, Top Spoin TT Academy Valletta Pay Roxon 19, HITT Academy Home Trends 13, Mosta Gunners 11.

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI – CHAMPIONSHIP POOL

Alpha Alberta Group 40, PBC Table Tennis Bluegrip, MITTC Butterfly Super Chak, Top Spin TT Academy Pay Hexer 36, HITT Academy Valletta, Top Spin TT Academy Valletta Pay Frase 28.

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI – RELEGATION POOL

HITT Academy Legends 27, HITT Academy ITX 25, PBC Table Tennis Bluefire 23, Top Spin TT Academy Valletta Pay Supercores 22, Top Spin TT Academy Valletta Pay Novacell 17, HITT Academy Evolution 16, Alpha Flexxon 14.

Sport