Wednesday, July 24, 2024

Premier Ingliż: Liverpool ikabbru l-vantaġġ fil-quċċata

Aqra wkoll

Minkejja li għandhom xejn inqas minn 11-il player imweġġgħin, Liverpool kienu tajbin biżżejjed biex f’Anfield għelbu lil Luton bl-iskor ta’ 4-1 wara li kienu dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor.

B’din ir-rebħa issa, it-team immexxi mill-manager Jurgen Klopp, fetaħ vantaġġ ta’ erba’ punti fil-quċċata tal-klassifika tal-Premier League Ingliż.

Il-Hatters daħlu jistrieħu fil-vantaġġ b’goal ta’ Chiedozie Ogbene (12). Iżda b’wirja eċċezzjonali fit-tieni taqsima, Liverpool skorjaw erba’ darbiet mingħajr risposta minn Virgil van Dijk (56), Cody Gakpo (58), Luis Diaz (71) u Harvey Elliott (91).

Ekonomija

Sport