Sunday, December 22, 2024

Hockey: GREE Żurrieq Wolves Hotsticks jibdew il-kampjonat b’mod pożittiv

Aqra wkoll

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks bdew l-impenji tagħhom tal-kampjonat bl-aqwa mod possibbli wara li għelbu lir-rivali Qormi Daikin 3-1 f’logħba li ntlagħbet fil-kumpless tal-hockey f’Kordin.

Din kienet it-tieni laqgħa bejn iż-żewġ timijiet wara li ftit tal-ġimgħat ilu Żurrieq kienu rebħu ċ-Challenge Cup għas-spejjeż tal-Qriema.

Iż-Żrieraq stabilixxew vantaġġ doppju sa tmiem l-ewwel quarter u minkejja li l-Qriema naqqsu l-marġni tal-iskor, il-Hotsticks baqgħu konċentrati filwaqt li żiedu gowl ieħor.

Silas Plaehn skorja doppjetta filwaqt li Ryan Dalli żied ieħor fir-raba’ quarter għal GREE Żurrieq Wolves Hotsticks.

Keith Calleja skorja l-uniku gowl għal Qormi Daikin.

Umpires kienu Karl Chircop u David Agius.

Iż-żewġ timijiet iltaqgħu wkoll fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena fejn din id-darba kienu Qormi Daikin li rebħu 9-5 kontra l-Wolves.

Lucas Brincat u Neil Spiteri Montebello skorjaw tripletta kull wieħed sabiex Liam Carabott, Giorgio Muscat u Nicole Zammit għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Gary Bonnici skorja doppjetta għal GREE Żurrieq Wolves b’Jayden Cutajar, Rick Micallef u Liam Bonello jżidu aktar gowls għat-tim tagħhom .

Umpires kienu Paul Brincat u Karl Chircop.

Ekonomija

Sport