Wednesday, July 24, 2024

Darts: Kyle Satariano jilgħab ma’ Gary Anderson f’logħba ta’ eżibizzjoni fil-Ġermanja

Aqra wkoll

Il-plejer żagħżugħ tad-darts Kyle Satariano kellu esperjenza unika li jilgħab f’logħba ta’ eżibizzjoni mad-darbtejn champion tad-dinja Gary Anderson fil-Ġermanja.

Fil-fatt wara li rebaħ it-tournament internazzjonali fil-kategorija ta’ taħt it-12-il sena, Satariano ingħata d-dritt li jilgħab din il-logħba speċjali.
Satariano ngħaqad ma’ Anderson f’logħba doubles fejn lagħbu kontra Ian White u l-finalist żagħżugħ Nevio Rizzo. Il-plejer Malti kellu s-sodisfazzjon li jirbaħ 2-0 bil-logħba li ntlagħbet quddiem pubbliku numeruż fis-sala ta’ Gevelsberg ikkontrollata mir-referee leġġendarju Russ Bray.

Ekonomija

Sport