Monday, May 13, 2024

Hockey: L-HAM tibda l-istaġun b’turnew kwadrangolari

Aqra wkoll

Il-Ħadd li għadda beda l-istaġun 2023/24 tal-hockey lokali hekk kif l-HAM organizzat turnew kwadrangolari bejn l-erba’ timijiet li se jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet tagħha.

Din hi t-tieni sena li qed isir dan it-turnew li jagħti ċans lill-coaches rispettivi li jaraw l-iskwadra l-ġdida tagħhom aħjar.

Iċ-champions Qormi Daikin kisbu l-akbar ammont ta’ punti wara li rebħu lil White Hart 1-0 u ġew draw ta’ 0-0 kontra Floriana u Żurrieq Hotsticks.

Min-naħa tagħhom, Żurrieq Hotsticks kisbu tliet draws ta’ mingħajr gowls b’White Hart li spiċċaw bl-istess numru ta’ punti hekk kif rebħu lil Floriana 2-1 u ġew draw ta’ 0-0 kontra Żurrieq Hotsticks.

Min-naħa tagħhom, Floriana ħadu punt wara draw ta’ 0-0 kontra White Hart.

Sadanittant, il-Ħadd li ġej se jkun qed jintrebaħ l-ewwel unur tal-istaġun hekk kif iċ-champions Qormi Daikin se jaffaċċjaw lir-rebbieħa tal-kompetizzjoni KO Floriana Young Stars bil-logħba tibda fl-10am u tintlagħab fil-Padiljun tal-Hockey f’Kordin.

Sport