Qormi Daikin komplew iżidu l-lista tal-unuri tagħhom fil-Hockey lokali hekk kif rebħu s-Super Cup hekk kif fil-finali li ntlagħbet fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin, huma għelbu lil Floriana Young Stars 6-0.
Il-Qriema għamlu l-intenzjonijiet ċari tagħhom sa mill-bidu u sa tmiem it-tieni quarter kienu 4-0 minn fuq. Hekk kif fit-tielet quarter ma ġie skorjat l-ebda gowl, l-aħħar wieħed reġa’ kien dominju ta’ Qormi li eventwalment skorjaw żewġ gowls oħra.
Protagonista għal Qormi Daikin kien il-plejer Olandiż tagħhom Tommy Kok li kien awtur ta’ erba’ gowls sabiex Luke Bajada skorja doppjetta.
Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Hockey Association of Malta David Agius ippreżenta t-tazza lill-plejer ta’ Qormi Julian Zahra.
Qormi Daikin: Shamison Lee Mifsud (GK), Shawn Michael Dimech, Nathan Pace Gasan, Joseph Cuschieri, Karl Micallef, Ayrton Carlos Falzon, Stephen James Tanti, Matteo Vernagallo (GK), Juan Sarcia, Julian Zahra, Bikramsingh Sandhu, Keith Calleja, Kyle Micallef, Steve Portelli, Tommy Sebastiaan Kok, Giorgio Antonio Muscat, Neil Spiteri Montebello, Luca Fsadni.
Floriana Young Stars: Marvin Grixti, Mark Camilleri, Leon Gatt, Nathan Zammit, Joy Gibson, Karl Chircop, Andrea Curmi, Anton Saliba, Clive Williams, Justin Farrugia, Deemer Rapinett, Faizan Kman Dean Spiteri.
Umpires kienu Alessandro Amore u Silvio Peralta.




