Wednesday, July 24, 2024

Hockey: Qormi Daikin u Trust Payment Floriana Young Stars fl-azzjoni f’Ġibiltá

Aqra wkoll

Iċ-champions tal-hockey lokali Trust Payment Floriana Young Stars u r-rebbieħa tal-kompetizzjoni KO Qormi Daikin matul din il-ġimgħa se jkunu impenjati fil-EuroHockey Club Challenge 2 li se ssir f’Ġibilta’.

Floriana telgħu biex jilagħbu fi grupp A flimkien mat-tim ospitu ta’ Eagles HC ta’ Ġibilta’, Soroksari -Olcote HC tal-Ungerija u Furuset Landhockeyklubb tan-Norveġja.

Mill-banda l-oħra, Qormi se jilagħbu fi grupp B kontra Siauliai Ginstrekte tal-Litwanja, HC Luxembourg tal-Lussemburgu u Roslagens IF tal-Iżvezja.

Qormi jibdew l-impenji tagħhom nhar il-Ħamis li ġej fid-9:30 am fejn jilagħbu kontra HC Luxembourg bil-Furjaniżi li jkunu fl-azzjoni fil-5pm kontra Eagles HC.

Din il-kompetizzjoni tibqa’ sejra sa nhar il-Ħadd li ġej fejn wara l-logħob tal-gruppi, jkun hemm il-fażi ta’ klassifikazzjoni fejn jiġi dikjarat ir-rebbieħ.

Ekonomija

Sport