Tmut Susan Backlinie – l-ewwel “vittma” ta’ kelb il-baħar

0
178
Editorial use only. No book cover usage...Mandatory Credit: Photo by Universal/Kobal/Shutterstock (5886241b)..Susan Backlinie..Jaws - 1975..Director: Steven Spielberg..Universal..USA..Scene Still..Les Dents de la mer

Susan Backlinie, l-istuntperson u l-attriċi li bħala żagħżugħa ħadmet ħadmet fil-film Jaws ta’ Steven Spielberg mietet fl-età ta’ 77 sena.

Hija tibqa’ magħrufa li kienet “l-ewwel vittma” tal-kelb il-baħar fil-film. Kien Matthew Templeton, l-aġent tagħha li ħabbar il-mewt fejn qal li hi mietet fid-dar tagħha f’California

Backlinie kienet għawwiema klassifikata fil-livell nazzjonali u għaddasa professjonali li kienet wettqet bħala sirena u ħadmet bħala trejner tal-annimali.