Tuesday, October 27, 2026
Home Sport Hockey: Rebħiet importanti għal Qormi u Żurrieq

Hockey: Rebħiet importanti għal Qormi u Żurrieq

0
46

Qormi kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fiċ-Challenge Cup tal-hockey meta għelbu lil Floriana Young Stars bl-iskor ta’ 3-1.

Kienu Julian Zahra, Tommy Kok u Luke Bajada li sabu x-xibka għal Qormi, filwaqt li Daniel Ellul skorja l-uniku gowl ta’ Floriana.

Umpires kienu Paul Brincat u Silvio Peralta.

Sadanittant, fil-kompetizzjoni Hockey 7s, Żurrieq Wolves Hotsticks kisbu rebħa kbira ta’ 11-0 kontra Rabat Depiro.

Żurrieq fetħu tajjeb u rebħu l-ewwel quarter 1-0, qabel ma komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom b’erba’ gowls oħra fit-tieni quarter biex daħlu 5-0 minn fuq.

Id-dominju tagħhom kompla fit-tieni nofs tal-konfront, hekk kif żiedu tliet gowls fit-tielet quarter u tlieta oħra fir-raba’ u l-aħħar quarter biex għalqu l-partita b’rebħa konvinċenti ta’ 11-0.

Jayden Cutajar spikka b’sitt gowls għaż-Żrieraq. Il-gowls l-oħra ta’ Żurrieq waslu minn doppjetta ta’ Nikolai Runza b’Keith Scicluna, Stefano Schembri u Kieran Borg li għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Umpires kienu Oscar Toledano u Karl Chircop.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here