Wednesday, March 19, 2025

Horse Power jirbħu t-Tourist Board Cup

Aqra wkoll

Horse Power rebħu t-Tourist Board Cup wara li fil-logħba kontra GG Stable huma rebħu 3-1. ir-rebħa għat-tim magħmul minn Martin Arrigo, Matthew Borg, Simon Psaila u Ivan Camilleri qatt ma kienet fid-dubju meta kellhom ħafna mil-logħob tul l-erba’ chukkas. Sadanittant, GG Stables kellhom lil Julian Mamo, Greg Gera, Chris Delia u Matthew Grech fil-formazzjoni tagħhom.

Sadanittant, fil-logħba msejħa Low Goal, Whites rebħu lil Blacks 3-1. Team Whites kien magħmul minn Mariano Iturrioz, Serena Galea, Rebecca Gera u Richard Green b’Team Blacks li kien iffurmat minn Gaston Etcheberry, Petra Vella, Mike Vella u Emma Aquilina.

L-Umpires għal dawn iż-żewġ logħbiet kienu Gaston Etcheberry u Mariano Iturrioz bit-tielet uffiċjal li kien Philip Wismayer. Din l-attivita’ saret bl-appoġġ t’EquestriMalta.

Fi tmiem il-konfront, il-kap eżekuttiv ta’ EquestriMalta Max Zammit ippreżenta t-trofej lir-rebbieħa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport