Sunday, September 8, 2024

HSBC Malta jilqa’ l-istudenti apprendisti tas-sajf bi programm eċitanti ta’ ħiliet għall-futur

Aqra wkoll

Dan l-aħħar, il-Bank HSBC Malta, laqa’ l-istudenti apprendisti tas-sajf għal din is-sena, u tahom bidu memorabbli għall-esperjenza tagħhom. Studenti li huma kwalifikati mill-Fondazzjoni JA Malta, l-Istitut tal-Business Management and Commerce tal-MCAST, u l-Universitá ta’ Malta, ntlaqgħu b’merħba mill-isbaħ li kienet tinkludi kolazzjoni abbundanti. L- apprendisti kellhom l-opportunitá li jiltaqgħu mal-membri tat-tim tat-tmexxija ta’ HSBC, fejn dawn qasmu l-valuri tagħhom bħala bankiera permezz ta’ laqgħa ta’ induzzjoni. Apparti minn hekk, huma ttieħdu wkoll għal dawra ta’ familjarizzazzjoni mal-uffiċini l-ġodda tal-HUB ta’ HSBC Malta, f’Ħal Qormi.

Parti mill-qofol ta’ din il-ġurnata speċjali, intlaħaq meta d-Deputat Kap tar-Riżorsi Umani ta’ HSBC Malta, Matthew Mamo, introduċa l-istudenti apprendisti għall-programm inawgurali tal-Bank, il-Future Skills Intern Programme. Matul dan is-sajf, il-programm se jkun qed jipprovdi lill-apprendisti b’aċċess għal mentors, korsijiet online, u bosta opportunitajiet biex itejbu l-ħiliet tagħhom f’sinerġija mal-aspirazzjonijiet tal-karriera tagħhom.

Matthew Mamo esprima l-entużjażmu tiegħu għal dan il-programm, fejn stqarr li, “f’HSBC Malta, ninsabu impenjati li ninvestu fil-futur tat-talent żagħżugħ tagħna. Future Skills Intern Programme hu mfassal biex jipprovdi lill-istudenti apprendisti b’esperjenzi u riżorsi imprezzabbli li se jgħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa għall-karrieri futuri tagħhom. Aħna ninsabu entużjasti li naraw it-tkabbir u l-progress tal-apprendisti tagħna matul is-sajf.”

Din il-ġurnata, li fiha l-istudenti apprendisti ingħataw merħba sabiħa, kienet suċċess grazzi għall-isforzi kollettivi u d-dedikazzjoni tal-kollegi li jaħdmu f’HSBC Malta. Ingħata ukoll ringrazzjament speċjali lil Beverly Spiteri, talli kienet kapaċi taqbad il-mumenti memorabbli minn din il-ġurnata.

L-HSBC Malta jibqa’ impenjat li jrawwem l-iżvilupp ta’ professjonisti għall-futur, permezz ta’ programmi innovattivi u inizjattivi ta’ appoġġ.

Ekonomija

Sport