Arsenal u Liverpool jinsabu interessati fil-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Eintracht Frankfurt Hugo Larsson. Iż-żewġ klabbs bagħtu scouts sabiex jaraw personalment lil dan il-plejer mill-Iżvezja li għandu viżjoni tajba f’nofs il-grawnd.
Anke AC Milan daħlu għalih fl-aħħar sigħat fit-tentattiv li jsaħħu lit-tim għall-istaġun li ġej jew possibbilment għal Jannar.
Larsson għandu 20 sena u lagħab 39 partita mat-tim minn Frankfurt filwaqt li skorja erba’ gowls.