Influencer popolari Niġerjan fuq Instagram kien ikkundannat 11-il sena ħabs fl-Istati Uniti għas-sehem tiegħu f’sindakat internazzjonali ta’ frodi.
Hushpuppi, li ismu proprju huwa Ramon Abbas, kien qiegħed juri l-istil ta’ ħajja rikka ta’ kif kien jgħix fuq il-paġna tiegħu li kellha xejn inqas minn 2.8 miljun segwaċi sakemm din ġiet diżattivata.
Imħallef f’Los Angeles ordnalu wkoll iħallas £1,516,182 lil żewġ vittmi ta’ frodi. Abbas se jkun qiegħed jiskonta s-sentenza tiegħu ta’ 135 xahar priġunerija f’ħabs federali.
Is-sena li għaddiet, huwa wieġeb ħati għal akkużi dwar ħasil ta’ flus. Ġie rrapportat li Abbas ammetta li pprova jisraq akar minn $1.1 miljun migħand xi ħadd li ried jiffananzja skola ġdida għat-tfal fil-Qatar.