Tuesday, May 14, 2024

Kien iwassal tfal oħra qabilha u wara jabbuża minnha f’għalqa mwarrba

11-il sena ħabs għal xufier ta’ vann tal-iskola li stupra tifla ta’ 8 snin

Aqra wkoll

Xufier ta’ vann tal-iskola kien ikkundannat 11-il sena ħabs wara li nstab ħati li fl-2006 aggredixxa u stupra tifla ta’ tmien snin.

James Grech ta’ 40 sena minn Ħal Qormi kien appella mis-sentenza li kien ingħata, bil-Qorti tal-Appell tibgħat il-każ lura quddiem il-Qorti tal-Maġistrati sabiex isir il-kontro-eżami tat-tifla.

Fil-Qorti ħareġ li Grech kien fdat biex iwassal lit-tifla lura d-dar mill-iskola fil-Gżira iżda l-ewwel kien iwassal lit-tfal l-oħra u mbagħad allegatament kien jeħodha f’għalqa mwarrba fejn seħħ l-allegat abbuż fi tliet okkażjonijiet differenti.

Huwa nstab ħati ta’ stupru u korruzzjoni ta’ minorenni, bil-Qorti tikkundannah 11-il sena ħabs filwaqt li nħarġet ordni ta’ trażżin għal tliet snin.
Il-Qorti ordnat ukoll li isem il-ħati jitniżżel fir-reġistru tal-pedofli.

Sport