Saturday, February 8, 2025

Iben Lionel Messi jiskorja 11-il gowl f’logħba waħda

Aqra wkoll

Thiago Messi, li jiġi iben il-plejer leġġendarju Arġentin Lionel, skorja 11-il gowl f’logħba waħda hekk kif kien fl-azzjoni mat-tim ta’ taħt it-13-il sena ta’ Inter Miami li għeleb lil Atlanta bl-iskor kbir ta’ 12-0.

Thiago, li jilgħab bil-flokk numru 10 bħal missieru, kien ferm prominenti f’din il-partita fejn litteralment għamel massakru bid-difiża avversarja.

Thiago Messi twieled fit-2 ta’ Novembru 2012 u għad għandu 12-il sena iżda ħafna qed jgħidu li se jimxi fuq il-passi ta’ missieru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport