Hekk kif ħarġet l-aħbar li Christian Maldini, li jiġi iben il-plejer leġġendarju Paolo, irtira mill-futbol. Il-probabbilta’ hi li se jkun qed jagħmilha ta’ prokuratur mal-aġent tant magħruf tal-plejers Beppe Riso.
Il-karriera ta’ Christian Maldini ftit ibbrillat fejn apparti li kiber fl-akkademja ta’ Milan, dan qatt ma kellu ċans jilgħab mal-kbar. Hu lagħab ma’ Reggiana, Pro Sesto, Piacenza u Lecco filwaqt li kellu parenteżi żgħira ħafna ma’ Ħamrun Spartans fl-istaġun 2016-17 fejn deher ħames darbiet iżda qatt ma skorja gowls.
Bosta sostnew li l-kunjom Maldini seta’ kien wieħed ‘tqil’ għal Christian li issa se jibda karriera ġdida fil-futbol.