Sunday, May 19, 2024

Iċ-Ċertifikat tal-Vaċċin tal-COVID-19 se jindika meta persuna tkun ħadet id-doża tal-booster

Aqra wkoll

Iċ-Ċertifikat tal-Vaċċin tal-COVID-19 se jibda juri li persuna ħadet it-tielet doża tal-vaċċin, 14-il ġurnata wara t-teħid tad-doża tal-booster.

Sabiex dan iċ-ċertifikat ikun iġġenerat, wieħed għandu jżur is-sit certifikatvaccin.gov.mt, isegwi l-istruzzjonijiet, iniżżel id-data tal-aħħar doża li ngħatat, u jagħfas “reprint”. It-tielet doża tkun indikata awtomatikament ħdejn “numru fis-serje ta’ tilqim/dożi”.

Sakemm kulħadd ikun irċieva l-istedina tal-booster, iċ-ċertifikat tal-vaċċin b’żewġ dożi se jibqa’ validu f’pajjiżna kull fejn hu mandatorju l-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-vaċċin, inkluż għall-ivvjaġġar lejn Malta.

Sport