Saturday, May 4, 2024

ISA: Lufthansa Technik jibqgħu għaddejjin

Aqra wkoll

Meta kompla jintlagħab il-kampjonat tal-Indutries Soccer Association, Lufthansa Technik baqgħu għaddejjin meta għelbu lil Aurobindo bl-iskor ta’ 4-2. Fil-logħba l-oħra Toly Products kisbu rebħa kbira ta’ 7-1 fuq Playmobil.

Lufthansa Technik …..4

Aurobindo ………………2

Immexija minn Shaun Magro, Lufthansa Technik irreġistraw rebħa komda ta’ 4-2 fuq Aurobindo. L-ewwel taqsima għalqet bl-iskor ta’ 2-1 bil-goals jaslu mill-istess Magro u Steve Borg iżda Aurobindo għamlu reazzjoni u naqqsu l-marġni minn Clayton Frendo.

It-tieni taqsima kienet fotokopja tal-ewwel waħda meta Lufthansa skorjaw darbtejn oħra minn Magro u Simon Borg Costanzi filwaqt li Francisco Gomez wieġeb għal Aurobindo għal skor finali ta’ 4-2.

Referee: Reno Galea.

Toly Products ……..8

Playmobil …………..0

Toly Products iddominaw dan il-konfront biex ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 7-1 biex din il-partita spiċċat mingħajr l-ebda storja.

Il-protagonista kien Chris Ciappara li skorja xejn inqas minn ħames goals, bi Chris Dimech, Tucker Gammar u Benjamin Onyeawulotu jgħaqqdu t-tmienja!!

Referee: Reno Galea.

Sport