Tuesday, December 24, 2024

Iċ-Ċina bl-inqas rata ta’ popolazzjoni għall-ewwel darba fl-aħħar 60 sena

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Għall-ewwel darba f’60 sena, iċ-Ċina ġarrbet tnaqqis sinjifikanti hekk kif fl-2022 il-popolazzjoni Ċiniża ammontat għal 1.4 biljun.

Dan wara li s-sena illi għaddiet, il-popolazzjoni Ċiniża rreġistrat l-ogħla rata ta’ mwiet filwaqt li r-rata nazzjonali tat-twelid laħqet l-inqas rekord – dak ta’ bejn sitta u seba’ wlied għal kull 1,000 persuna.

Ir-rata tat-twelid fiċ-Ċina ilha tonqos għal snin sħaħ. Infatti, skont riżultati minn ċensiment li sar fl-2021 wera li fl-aħħar għaxar snin il-popolazzjoni Ċiniża kienet qed tikber b’pass pjuttost kajman.

Intant, ċifri maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika Ċiniża, juru li meta wieħed jikkumpara l-2022 mal-2021, ir-rata tat-twelid fl-2022 rat tnaqqis ta’ 850,000 persuna.

Esperti Ċiniżi qed ibassru li l-popolazzjoni taċ-Ċina mistennija tkompli tonqos matul is-sena din is-sena.

Ekonomija

Sport