Sunday, December 22, 2024

Iċ-Ċina mhi kuntenta xejn li l-Litwanja ppermettiet lit-Tajwan jiftaħ ambaxxata f’dan il-pajjiż

Aqra wkoll

Iċ-Ċina ddegradat il-livell tar-rabtiet diplomatiċi tagħha mal-Litwanja hekk kif esprimiet in-nuqqas ta’ qbil tagħha mad-deċiżjoni li dan l-Istat Baltiku jippermetti lit-Tajwan biex jiftaħ ambaxxata f’dan il-pajjiż. 

Beijing tqis lit-Tajwan bħala parti mit-territorju tagħha u skontha m’għandu l-ebda awtorità li taġixxa bħala stat. Iċ-Ċina kienet diġà esprimijiet ir-rabja tagħha mal-Litwanja matul is-sajf li għadda meta dakinhar din tal-aħħar kienet ippermettiet lit-Tajwan biex jiftaħ uffiċċju f’dan il-pajjiż u juża l-isem “Tajwan”. Dakinhar iċ-Ċina kienet sejħet lura l-ambaxxatur tagħha għal-Litwanja. Uffiċini oħrajn tat-Tajwan li hemm imxerrda fl-Ewropa u l-Istati Uniti jużaw l-isem tal-belt Taipei biex b’hekk jevitaw li jagħmlu referenza diretta għall-gżira tat-Tajwan. Ta’ min jgħid li bħal ħafna stati oħrajn il-Litwanja għandha relazzjonijiet formali maċ-Ċina u mhux mat-Tajwan. 

Fid-dawl ta’ dawn l-aħħar żviluppi l-Ministru tal-Affarijiet Barranin taċ-Ċina kkritika bil-qawwa lil-Litwanja u qal li din injorat totalment “il-pożizzjoni solenni” taċ-Ċina u n-normi bażiċi tar-relazzjonijiet internazzjo­nali. Huwa tenna li din il-mossa “imminat is-sovranità u l-integrità territorjali tagħha, kif ukoll interferixxiet fl-affarijiet interni taċ-Ċina.” Huwa żied jgħid li din qiegħda toħloq “preċedent internazzjonali kbir”. 

Ekonomija

Sport