Thursday, March 28, 2024

Iċ-ċkejken Matthias qatta’ tliet snin jikkumbatti kontra l-kanċer

Aqra wkoll

F’kitba li ttellgħet fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares tfakkret il-memorja ta’ Matthias — tifel li sa minn età tenera ta’ sentejn kellu jibda jikkumbatti kontra l-marda qerrieda tal-kanċer.

Fl-istess żmien li t-tobba skoprew illi Matthias kellu kanċer rari, huwa kellu jsiefer l-Ingilterra fejn qatta’ sena u nofs jgħix fl-appartamenti ta’ Puttinu; sena u nofs li matulhom l-istess bħalma ġara f’każi oħra, il-familja ta’ Matthias sabu sapport kbir f’dan iż-żmien tant diffiċli.

Minkejja li sfortunatament huwa miet fl-età ta’ ħames snin fejn l-aħħar għaxar xhur ta’ ħajtu għexhom fir-Rainbow Ward, il-ġenituri tiegħu, Joanne u David, jagħrfu l-importanza li ta’ Puttinu matul il-vjaġġ tagħhom u għaldaqstant jappellaw biex fil-Ġimgħa l-Kbira l-pubbliku jagħti d-donazzjoni tiegħu.

Ekonomija

Sport