Id-Demokratiċi tal-President Joe Biden se jżommu l-kontroll tal-maġġoranza tas-Senat Amerikan wara li rebħu l-elezzjoni fl-istat ta’ Nevada.
Is-Senatur Catherine Cortez Masto hija proġettata li tegħleb lill-isfidant Repubblikan Adam Laxalt, li kien appoġġjat mill-eks President Donald Trump.
Dan ifisser li issa d-Demokratiċi kisbu 50 siġġu, bir-Repubblikani għandhom 49 siġġu. Issa għad fadal l-istat ta’ Georgia x’jiġi deċiż, li se jkollu elezzjoni oħra x-xahar id-dieħel. F’każ li s-Senat jinqasam indaqs bejn iż-żewġ partiti, il-Viċi President Kamala Harris jkollha l-vot deċiżiv.