Saturday, November 23, 2024

ID-DINJA HI TAL-ĠENERAZZJONIJIET FUTURI WKOLL

Aqra wkoll

Meta wieħed jitkellem fuq l-ambjent ma nistgħux ninjoraw li d-dinja mhix tagħna
biss imma hija wkoll ta’ dawk li għad iridu jiġu warajna. Għalhekk il-ġenerazzjonijiet tal-lum għandhom ir-responsabbiltà li jipproteġu dak l-ambjent fiżiku li għadna qegħdin ingawdu sal-lum.

Għalhekk huwa importanti li kemm jista’ jkun jiġi evitat l-użu tal-fjuwils fossili li huma l-parti l-kbira tal-ħsara ambjentali li qed issir u li qed twassal għal konsegwenzi gravi fuq l-umanità fosthom it-tibdil fil-klima.

Fuq aspett lokali, ma nistgħux ninsew li l-importanza tal-ħarsien tal-ambjent tibqa’ waħda mill-ogħla prijoritajiet tal-Gvern preżenti. Dan qed narawh bil-ħidma li qed issir biex ikollna aktar spazji miftuħa l-aktar fi bliet urbani fejn ftit li xejn
imdorrijin naraw siġar u ġonna fihom.

Is-sodisfazzjon ambjental tan-nies ma jolqotx biss l-aspett tas-siġar u l-ġonna, imma wkoll hemm diversi fatturi oħra. Għalhekk ninnutaw b’sodisfazzjon illi fl-aħħar bdew jittieħdu miżuri li jinfurzaw ir-regolamenti dwar ilħruġ ta’ mwejjed u siġġijiet fit-toroq u fuq il-bankini ta’ diversi lokalitajiet, li kienu qed joħolqu inkonvenjent u tgergir fost ħafna nies.

Kemm-il darba għedna li għandu jkun hemm bilanċ xieraq bejn l-interessi tan-negozji u d-drittijiet taċ-ċittadin. Għax dan ukoll iħalli effett fuq l-ambjent.
Fuq binarju ieħor, il-ħarsien talambjent irid jirrispetta wkoll il-baħa u l-kosta Maltija.

Minn żmien għal żmien ninnotaw li jinħolqu kampanji biex nieħdu ħsieb dawn il-postijiet l-aktar fi żminijiet sħan tas-sajf fejn jiżdied l-iffullar kemm mill-Maltin u
anke mit-turisti. Nemmnu għalhekk li kull pass u kull miżura li jieħu l-Gvern huwa
kruċjali.

Dan biex ikun fil-kuntest tal-miri ambjentali stabbiliti fil-ftehim internazzjonali li jsiru bejn ilgvernijiet biex fuq kollox jonqsu lemissjonijiet tal-gassijiet serra. U
f’dan il-kuntest, il-Gvern stabilixxa miri ċari għall-ambjent fil-Budget għal din is-sena.

Nemmnu li l-pubbliku għandu jsemma’ leħnu biex fejn jara li ma sarx tajjeb jiġi rimedjat u kkoreġut. Għalhekk nemmnu wkoll li l-pjazez u l-ispazji miftuħa għandu jkollhom l-għan waħdieni, it-tgawdija u s-serenita tal-familji Maltin u Għawdxin tal-lum u ta’ għada

Sport