Saturday, December 21, 2024

Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi tieħu azzjoni fuq il-bajja ta’ Fomm ir-Riħ minħabba li waqa’ ammont ta’ blat mill-irdum

Aqra wkoll

“F’dawn l-aħħar sigħat reġa’ waqa’ ammont kbir ta’ blat mill-irdum, fil-bajja ta’ Fomm ir-Riħ fil-limiti tal-Imġarr. Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ġie mitlub biex jintervjeni u qed jieħu azzjoni immedjata, biex tiġi salvagwardjata s-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku”.

Dan qalu d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi f’messaġġ fuq Facebook fejn spjega li minn spezzjoni illi saret f’din il-bajja, irriżulta li hemm probabbiltà kbira li iktar ġebel u tafal iċedi minn dan l-irdum.

Ingħad li għaldaqstant l-aċċess pubbliku għall-bajja huwa ta’ periklu u għalhekk bħala prekawzjoni u b’mod immedjat, din iż-żona qed tingħalaq u mhux ser tkun aċċessibli għall-pubbliku, sakemm jiġi notifikat mod ieħor.

Ekonomija

Sport