Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo?
Sa minn meta kont tifel żgħir, dejjem kont interessat fl-isport. Kull ħaġa li
kien meħtieġ minnha moviment fiżiku, kont inħobb nagħmilha. Fl-età ta’ 12-il sena, ħallejt l-Italja biex ġejt noqgħod Malta flimkien mal-ġenituri tiegħi, ġejt introdott fil-warerpolo minn ħabib tal-iskola. Trabbejna nilagħbu flimkien, minn tfal żgħar,
konna ninżlu nilagħbu fil-pitch kuljum, kull sajf, u għaddejna mir-rebħ ta’ kollox fis-settur taż-żgħażagħ sar-rebħ tad-‘double’ lura fl-2020 mat-tim tal-kbar.
X’tikkummenta fuq l-andament ta’ Birżebbugia ASC matul il-kampjonat tas-sajf li għadda?
Kien staġun diffiċli … irnexxielna niksbu post fil-Kampjonat Premier u kellna plejer barrani mill-aqwa, l-Ispanjol Alberto Barroso, li huwa persuna meraviljuża
kemm ġewwa kif ukoll barra mill-ilma, iżda, sfortunatament, ma konniex b’saħħitna biżżejjed biex niksbu l-punti fil-klassifika. Wara sitt snin, Birzebbugia ASC, infirdu minn mal-kowċ, Pierre Borg. Tliet snin taħt il-gwida tiegħu bħala kowċ għallmuni ħafna lezzjonijiet siewja li ninsab ċert li se jkunu qed jiswew mitqlu deheb għalija bħala plejer fis-snin li ġejjin.
X’tikkummenta fuq ir-riżorsi fejn tittrenjaw u tilagħbu l-logħob tagħkom f’pajjiżna?
Fis-snin li għaddew, il-Gvern għamel pass ‘il quddiem, billi pprovdielna pixxina ‘indoor’ ġdida u tejjibna l-faċilitajiet eżistenti. Il-klabb ta’ Birzebbugia investa ħafna fis-snin li għaddew u riċentement ħabbar titjib ta’ sistema ġdida ta’ ‘heating’ li se tkun qed
tintuża s-sena kollha, li tippermettilna aktar spazju u sessjonijiet ta’ taħriġ itwal. Dan huwa pass kbir ‘il quddiem għall-futur tal-isport u l-klabb, se jkun qed jgħin biex iġib aktar ġenituri biex jimbuttaw lit-tfal tagħhom biex jippruvaw din id-dixxiplina akkwatika.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-waterpolo?
Il-futur huwa imprevedibbli, u kull sena, hemm sfida ġdida li trid tegħleb. Se nkompli nitħarreġ, nikkompeti, u nitjieb, naddatta ruħi għal sfidi ġodda, u nikkontribwixxi għat-tim tiegħi bl-aħjar mod possibli. Il-futur se jieħu forma bħala riżultat tal-isforzi tiegħi.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-waterpolo.
Id-dixxiplina u d-dedikazzjoni huma dak li hemm bżonn biex tipparteċipa f’kull
sport, imma l-aktar importanti li tieħu gost waqt il-vjaġġ. Il-waterpolo qed jikber mad-dinja kollha; jekk jittieħed bis-serjetà, jista’ jkun ta’ sodisf