Friday, November 22, 2024

“Id-donazzjoni għal Puttinu huma investiment fit-tul għall-pazjenti li qed jirċievu trattament barra “

- L-esperjenza ta’ Brian li għex fi flat ta’ Puttinu

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Id-donazzjonijiet tiegħek se jżommu dak kollu possibli. Id-donazzjonijiet tiegħek huma investiment fit-tul għall-pazjenti li qed jirċievu trattament barra minn Malta u l-familji tagħhom”.

Dan kien il-messaġġ li wassal Brian fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares. Huwa rrimarka kif lura għall-2018, sab li kellu kanċer fiċ-ċelloli u li s-sena l-oħra hu flimkien ma’ martu kellhom jivjaġġaw lejn ir-Renju Unit minħabba trapjant.

Spjega kif Puttinu Cares ipprovdewlhom flat li kien biss sebgħa minuti l-bogħod minn fejn kien qiegħed jieħu l-kura meħtieġa. Saħaq li l-flat kien wieħed mgħammar bil-ħtiġijiet kollha, bla periklu, nadif u komunità sabiħa.

Temm jgħid li l-esperjenza kollha ma kinitx faċli iżda spjega kif bis-saħħa ta’ Puttinu kellu inqas stress, għax dan dejjem jara kif jista u jgħin lill-pazjent billi joffri serħan tal-moħħ.

Sport