Wednesday, April 24, 2024

Tliet snin ħabs għal Somalu li ta xebgħa martell lil raġel ieħor fil-Marsa

Aqra wkoll

Somalu ta’ 26 sena kien ikkundannat tliet snin ħabs wara li ammetta li kien involut f’serqa fil-Marsa fis-sigħat bikrin lura għal Jannar tal-2023.

Mohamoud Afi Abdiwali, tressaq il-Qorti, akkużat li wettaq serqa flimkien ma’ persuna oħra. Il-vittma xehed li kien ingħata diversi daqqiet b’martell, inkluż f’rasu.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, qalet li għemil bħal dan huwa kundannabbli bl-iktar mod iebes, għaliex jitrawmatizza persuni li jkunu għaddejjin għall-affari tagħhom u jqanqal biża’ fis-soċjetà.

Il-Qorti ordnat li mit-tliet snin ħabs effettivi jitnaqqas iż-żmien li Abdiwali diġà qatta’ fil-ħabs, u ħarġet ordni ta’ protezzjoni għal tliet snin favur il-vittma.

Sport